Il-Kampjonat tat-Time Trial organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmuġie fi tmiem tiegħu is-Sibt li għadda bit-tielet u l-aħħar tellieqa fil-limiti tal-Mizieb.

Il-Kampjonat tat-Time Trial organizzat mill-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmuġie fi tmiem tiegħu is-Sibt li għadda bit-tielet u l-aħħar tellieqa fil-limiti tal-Mizieb.
Il-ġimgħa l-oħra ġiet imnedija l-kompetizzjoni Valletta Cup li ser tkun kompetizzjoni oħra regolari għat-Table Football. Din il-kompetizzjoni ġiet ġentilment sponsorjata mill-kunsillier tal-Belt Valletta Ray Azzopardi. Din il-kompetizzjoni ser tkun kompetizzjoni individwali bejn il-plejers ta’ żewġ klabbs beltin.
Floriana FC rebħu d-Dimbros Mosta pre-season tournament li ġie organizzat fl-aħħar jiem. F’dan it-tournament ħadu sehem sitt timijiet mill-Kampjonat Premier.
Hibernians FC komplew isaħħu l-iskwadra bl-akkwist tal-midfielder Kroat Ivan Blazevic.Aqra aktar
703 atleti minn madwar id-dinja inklużi ġganti fil-weightlifting bħall Awstralja, New Zealand, Nauru, Kiribati, il-Finlandja, Kanada, L-Afrika t’isfel kif ukoll Malta fost oħrajn ħadu sehem fit-Tournament Internazzjonali tal-Weightlifting ELEIKO Email International fejn Yasmin Zammit Stevens spiċċat fl-ewwel post fil-kategorija ta 69 kilo minn total ta’ 51 atleta fil-grupp tagħha.
Bħala parti mill-isforzi biex il-football tan-nisa f’Malta jkompli jiżviluppa u jżid fil-popolarità, dan l-aħħar tnieda proġett ġdid mid-Dipartiment tal-Football tan-Nisa fi ħdan il-Malta Football Association.
Real Madrid mistennija li jiffirmaw lil goalkeeper ta’ Chelsea Thibaut Courtois fis-sighat li ġejjin għas-somma ta’ 35 miljun lira sterlina.Aqra aktar
Id-difensur Argentin Enzo Ruiz ser jerġa’ jilbes il-flokk ta’ Floriana matul l-istaġun li ġej. Ruiz li kien spiċċalu l-kuntratt mal-greens f’Ġunju li għadda mistenni li jkompli bl-avventura tiegħu mat-tim għal minn tal-anqas staġun ieħorAqra aktar
Kif ħabbar ilbieraħ is-Segretarju ta’ Hibernians FC Stephen Abela waqt il-program L-Argument Ikompli, it-tim minn Raħal Ġdid iffirmaw lil Nemanja Radojevic u Taylon Nicolas Correa Marcolino.
Bejn l-10 t’Awwissu u l-1 ta’ Settembru San Gwann FC ser ikunu qed jorganizzaw edizzjoni oħra ta’ The Convenience Shop Summer Cup fejn fiha ser jipparteċipaw ħames timijiet mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni li huma Żebbug Rangers FC, Mqabba FC, Lija Athletic FC u Zejtun Corinthians FC flimkien mal-orginzatturi San Gwann FC.
Send this to a friend