Clinton Buhagiar – Page 41 – One News

Clinton Buhagiar

Notifiki

UEFA Champions League: Illejla Valletta FC jilgħabu t-tieni leg tal-ewwel rawnd

Wara d-draw ta’ mingħajr goals fl-Albanija, fil-18.00 tal-lejla fic-Centenary Stadium ċ-ċampjins Maltin Valletta FC, jilgħabu t-tieni leg tal-ewwel rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League kontra FK Kukesi.

Bla dubju r-riżultat tal-ewwel leg qed jitqies bħala wieħed tajjeb sabiex Valletta FC ikomplu jibnu fuqu u javvanzaw għar-rawnd li jmiss.  Rebħa biss tagħmel ċert li t-tim mill-kapitali jgħaddi għar-rawnd li jmiss.  Jekk Valletta FC jirnexxilhom jagħmlu dan, allura jkun kitbu l-storja tal-klabb għaliex s’issa qatt ma rnexxilhom javvanzaw mill-ewwel rawnd tal-stess kompetizzjoni.

Aqra aktar

Waterpolo: Malta tibda b’telfa fil-Kampjonati Ewropej

Tard ilbierah filghaxija t-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo beda bl-avventura tiegħu fil-Kampjonati Ewropej li qed isiru f’Barcellona b’telfa kbira ta’ 21 – 4 kontra Spanja.  Din hija t-tieni darba fl-storja tat-tim nazzjonali Malti li qed jiehu sehem mal-aqwa sittax il-pajjiz fl-Ewropa.

Il-qawwa tat-tim Spanjol kienet evidenti sa minn qabel il-logħba bl-iSpanjoli jieħdu r-ridni mill-ewwel minuta.  Huma rebħu s-sessjonijiet kollha 4 – 1, 5 – 0, 8 – 2 u 4 – 1.  Il-gowls tal-maltin ġew skurjati minn Jerome Gabaretta, doppjetta ta’ Stevie Camilleri u Matthew Zammit.

It-tim Malti jerġa’ jkun fl-azzjoni għada kontra l-Montenegro fil-5pm u l-Ġimgha kontra Franza fil-6.30pm.

Chelsea jkeċċu lil Conte

Il-midja Taljana qed tirrapporta li Antonio Conte tkeċċa minn manager ta’ Chelsea meta kien fadallu sena fuq il-kuntratt. Ix-xnihat li Conte ma kienx ser jibqa’ jmexxi lit-tim minn Londra ilhom għaddejjin iżda issa jidher li t-tmexxija ta’ Chelsea waslet għal deċiżjoni finali.Aqra aktar

Ic-Chelsea jkeċċu l-Conte

Il-media taljana qed tirraporta li Antonio Conte tkeċċa minn manager ta’ Chelsea meta kien fadallu sena fuq il-kuntratt. Ix-xnijjat li Conte ma kienx ser jibqa jmexxi mit-tim minn Londra ilhom għaddejjin iżda issa jidher li t-tmexxija ta’ Chelsea waslet għal deċiżjoni finali.

Conte rnexxilu jirbaħ l-kampjonat fl-ewwel sena tiegħu ma’ Chelsea iżda rnexxilu jwassal lil Chelsea sal-ħames post matul l-istaġun li għadda.

Is-suċċessur tal-ex kowċ tat-tim nazzjonali Taljan u ta’ Juventus mistenni li jkun it-taljan l-ieħor Maurizio Sarri li fit-tmiem l-istaġun li għadda ħalla lil Napoli.

Vince Farrugia jirbaħ il-Kampjonat Autocross

Nhar is-Sibt 7 ta’ Lulju 2018 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi għalqet l-istaġun 2017/2018 tal- Kampjonat Nazzjonali Autocross sponserjat mid-ditta Pasta Poiatti. Din kienet it-tnax u l-aħħar tiġrija tal-kampjonat iżda kienet il-ġurnata li fiha saret il-Van Demolition Derby 2018 li ilha ma ssir għal dawn l-aħħar 24 sena.

Ħarsa lejn l-Autocross fejn 20 karozza rreġistraw għal din il-kompetitzzjoni maqsuma f’tliet klassijiet, dik Modified, Standard u oħra li jaqaw fiha s-sewwieqa Għawdxin. Matul il-Heats tal-ġurnata fil-Klassi Modified rajna lil Karl Micallef fuq Ford Fiesta ddomina u assigura postu fil-Finali A tal-ġurnata. Miegħu kkwalifikaw Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo, Jean Paul Grech fuq Peugeot 106, Melo Zammit u Jonathan Camilleri it-tnejn fuq Opel Corsa u Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta.Aqra aktar

Send this to a friend