Clinton Buhagiar – Page 40 – One News

Clinton Buhagiar

Notifiki

Neptunes ċampjins tal-Kampjonat tal-Waterpolo

Neptunes Leo Vegas huma ċ-ċampjins l-ġodda tal-kampjonat lokali tal-waterpolo meta ilbierah fil-pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq rebħu t-tielet u l-aħħar finali tal-play-off kontra San Ġiljan TUM Invest 7 – 6.

Neptunes kienu mingħajr il-kowċ Jovan Popovic li kien sospiż filwaqt li għal San Ġiljan lagħab b’mod regolari Matthew Zammit wara li rebaħ l-appell kontra s-sospenzjoni li kellu.

Aqra aktar

Illejla Malta tilgħab it-tieni logħba fin-Nations Cup

It-tim nazzjonali Malti illejla jilgħab it-tieni logħba minn Grupp D3 tan-Nations Cup meta fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali jilgħab kontra l-Azerbaijan.  Malta tilfet fl-ewwel logħba 3 – 1 away kontra l-Faroe Islands filwaqt li l-Azerbaijan spiċċaw l-ewwel logħba f’parita ta’ mingħajr goals kontra l-Kosovo.Aqra aktar

Organizzat b’suċċess il-Kampjonat Nazzjonali tal-Powerlifting

Ilbierah ġie organizzat il-Kampjonat Nazzjonali tal-Powerlifting fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera. 11-il atleta minn 25 atleta kienu qegħdin jikkompetu f’dan l-isport għall-ewwel darba. L-aħjar atleta nazzjonali fil-kategorija tan-nisa kienet Maria Debono fejn irreġistrat squat ta’ 102.5kg, 62.5kg fil-benchpress u 137.5kg fid-deadlift. Wara Debono kien hemm Tamasin Mallia u Maria Qvarnstörm fejn ikkompetew fil-kategorija tat-63kg u t-53kg rispettivament. B’kollox ikkompetew 6 nisa f’dan l-isport, fejn Sonia Brahmi u Annette Micallef Arnaud ikkompetu għall-ewwel darba, waqt li Rachel Ann Said tejbet postha fir-rankings nazzjonali billi kisbet 207 punti.Aqra aktar

Jonathan Caruana mistenni li jirritorna jilgħab dalwaqt

Wara li bħal dan iż-żmien sena ilu, id-difensur intenazzjonali Malti Jonathan Caruana ġie sospiż erba’ snin minn-NADO (National Anti-Doping Organisation) hekk kif instab pożittiv li għamel użu minn sustanzi projbiti fl-sport, jidher li d-difensur ta’ Valletta FC mistenni jirritorna fil-ġimgħat li ġejjin wara sena sospenzjoni.Aqra aktar

Tibda l-ġimgħa Ewropeag ħall-Isport

Ilbierah fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq ġie fi tmiemu l-programm imniedi minn SportMalta Summer On The Move filwaqt li infetħet uffiċjalment il-Ġimgħa Ewropeja ddedikata lill-Isport organiżżata minn SportMalta bil-kollaborazzjoni ta’ l-Għaqda Ġurnalisti Sport.Aqra aktar

Silvio Vella jagħżel l-iskwadra finali għal-loghba kontra l-Belġju

Il-kowċ tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella ħabbar il-lista finali ta’ plejers li ser ikunu eliġibbli jilgħabu għat-tim nazzjonali Malti nhar il-Ġimgħa li ġej kontra l-Belġju, f’logħba oħra ta’ kwalifikazzjoni mill-Kampjonati Ewropej tal-istess kategorija.

L-iskwadra tat-tim nazzjonali tinkludi plejers b’esperjenza mat-tim nazzjonali tal-kbar fosthom Jean Borg, Dunstan Vella, Myles Beerman, Jake Grech, Jurgen Degabriele u Kyrian Nwoko.

Kurt Zammit ta’ Birkirkara FC ser ikun qed jirritorna wara li tilef t-telfa ta’ 4 – 0 kontra Svezja. Anke Mathew Guillaumier ta’ Birkirkara FC irritorna wara li tilef parti kbira mill-istaġun li għadda.Aqra aktar

Send this to a friend