Clinton Buhagiar – Page 11 – One News

Clinton Buhagiar

Notifiki

Il-clubs tal-futbol f’Għawdex iridu li jitwaqqfu l-Kampjonati

Il-clubs tal-futbol f’Għawdex ma jixtiqux li l-Kampjonati 2019/2020 ikomplu anke jekk l-awtoritajiet tas-saħħa jagħtu l-approvazzjoni tagħhom. Huwa mifhum li l-Assoċjazzjoni tal-futbol f’Għawdex marret b’din it-talba għand l-Assoċjazzjoni tal-futbol f’Malta fejn jidher li ser tkun qed tevalwa din ix-xewqa u b’kull probabilità taċċetta dak li jridu l-clubs f’Għawdex. Aqra aktar

Il-futbol Malti ser jibqa’ sospiż sal-aħħar ta’ Mejju

Fl-aħħar sigħat l-Assoċjazzjoni Maltija tal-futbol kellha laqgħa importanti mall-awtoritajiet tas-saħħa fejn dak li ġie diskuss flimkien mal-President tal-MFA Bjorn Vassallo waqt l-edizzjoni virtwali tal-program L-Argument tal-Ħadd 12 t’April, issa ġie kkonfermat jiġifieri l-Kampjonati Maltin ser jibqgħu sospiżi sal-aħħar ta’ Mejju.

Aqra aktar

Formula 1 – Jitħassru b’kollox 8 tiġrijiet

Il-Gran Prix tal-Ażerbaijan huwa t-tmien Gran Prix tal-istaġun li tħassar minħabba l-Coronavirus.  Din il-Gran Prix li ssir fit-toroq tal-stess pajjiż kienet skedata li ssir fil-7 ta’ Ġunju iżda ġiet postposta b’mod indefinit wara laqgħat bejn l-uffiċjali responsabbli minn din it-tiġrija.  Huwa maħsub li din it-tiġrija ssir aktar tard matul din is-sena.Aqra aktar

Il-Kampjonati fl-Ingilterra aktarx jkomplu f’Ġunju

Il-futbol fl-Ingilterra jidher li ser jkompli f’Ġunju li ġej hekk kif rapport f’wieħed mill-ġurnali Ingliżi qed jindika li l-Kampjonati kollha fl-Ingilterra jerġaw jibdew matul l-ewwel jiem tas-sitt xhar tas-sena wara li l-Gvern Ingliż indika li minn tal-anqas għat-tnax il-ġimgħa li ġejja mhux ser ikun permess attività fejn fiha jkun hemm numri u folol ta’ nies.Aqra aktar

Send this to a friend