Clifford Galea – One News

Clifford Galea

Clifford huwa ggradwat fl-Istorja ta' Malta kif ukoll b'Masters fl-istudju Barokk. Serva wkoll bħala ġurnalist fil-kamra tal-aħbarijiet ta' ONE u pproduċa u ppreżenta diversi programmi f'dan l-stazzjoni; l-aktar b'tema kulturali u storika. Ippubblika wkoll ktieb bl-istorja tiegħu dwar 'addiction' fejn bħalissa beda wkoll l-istudju għall-PHD fuq dan is-suġġett

Notifiki

Velenu fl-ilsien…

Smajtuha żgur din il-frażi. Meta tkun għadek żgħir tistaqsi lilek innifsek dawn x’inhuma jgħidu?! Meta tibda tifarfar ftit, malajr tibda tinduna x’kienu jridu jfissru biha. Donnu qiegħda fin-natural tal-bniedem li bi lsienu jrid jgħaddi kumment fuq ħaddieħor, fuq suġġett jew ieħor biex bħal speċi jkun ta s-sehem tiegħu. L-isfortuna hi li dan is-sehem ma jagħmel ġid xejn.Aqra aktar

Biex qed jimrad moħħ il-bniedem?!

Mistoqsija li mingħalina nafu nwieġbu imma fil-verità kemm verament nirrealizzaw?! Tiftaħ facebook biżżejjed inti biex moħħna jieħu rikba f’ ‘rollercoaster’ ta’ emozzjonijiet. Min igerger għax is-sħana, min igerger għax minħabba l-Covid, min igerger għax il-voucher għadu ma rċeviehx u min igerger għax ma riedx il-voucher u ried ħaġa oħra. Imbagħad tinbet il-mistoqsija: possibbli aħna veru ‘Maltese gemgem’? Imma mbagħad qisna nieħdu għalina għaliex xi ħadd jgħidilna hekk, iżjed u iżjed jekk din il-frażi jazzarda jgħidha politiku. Erħilna ntuh it-titli għax ma jmissekx titkellem hekk u int trid mill-poplu u sejrin u sejrin…Aqra aktar

Send this to a friend