Issa saret drawwa li tintalab ir-riżenja tal-Avukat Ġenerali. L-ewwel ma ħareġ biha kien Simon Busuttil li spiċċa li kellu jirriżenja hu. Issa reġgħet instemgħet. Bejnietna jippruvaw iċappsu lill-Avukat Ġenerali b’xi timbru politiku, jiġifieri li hu mal-Labour! Ili nafu. Jekk tistaqsuni, naċċertakom li qatt ma smajtu jlissen kelma waħda li minnha tista’ tgħid kif jaħsibha politikament. Dejjem kien bniedem rett u tal-affari tiegħu, mhux biss issa imma anke meta kien għadu fir-rank aktar ’l isfel. Aqra aktar
