Joseph Brincat – Page 4 – One News

Joseph Brincat

Gradwat tal-Universita` ta’ Malta fil-ligi fl-1970 meta beda jaħdem ta’ avukat. Gradwat ukoll fil-Letteratura Ingliża, Latin u Filosofija mill-Universita` ta’ Londra. Aktar tard gradwat fl-Ekonomija mill-Universita ta’ Londra. Tela’ l-ewwel darba fil-Parlament 1971, u l-aħħar darba fis-sena 2003. Huwa serva ta' Ministru bejn l-1979 u 1981. Okkupa l-kariga ta' Deputy Leader tliet darbiet, meta kien hemm fit-tmexxija Duminu Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant. Għamel 17-il sena jattendi l-Kunsill tal-Ewropa, u kiteb rapport magħruf internazzjonalment bħala The Brincat Report, rapport li wassal għall-konvenzjoni internazzjonali fuq id-drittijiet tal-minoranzi. Illum jaħdem ta’ avukat.

Notifiki

L-Ingliżi Demokratiċi?

Fuq it-Times Online hemm xi erba’  jippontifikaw li l-Gvern huwa dittatur għax neħħa n-niċċa ta’ Daphne Caruana Galizia minn fuq il-monument li għal aktar minn seklu ma kienx tagħha.  U kien hemm xi professur jew tnejn,  li jippretenduha li huma awtorità fuq id-demokrazija.Aqra aktar

Nerfgħu fil-vara

Aktar ma qed jgħaddi ż-żmien aktar qed inwaħħal f’moħħi li hemm bosta minn dawk li qed jidhru akkaniti għall-memorja ta’ Daphne Caruana Galizia,  li fil-fatt iridu jirkbu fuq il-memorja tagħha u l-mewt traġika  tagħha.

L-aħħar inizjattiva ta’ Manwel Delia,  li għandu aġenda speċjali,  u jaħseb li se jmexxi lill-Maltin fuq ir-rotot li jrid hu. Ħaseb li għadu ma’ Austin Gatt u fit-Transport Malta jew bħala konsulent,  jew politiku,  jew kandidat.  Insomma.     Manwel Delia ġabar ħafna firem tal-avukati,  imma qisu nesa’ li Adrian Delia huwa avukat,  u martu hija avukata wkoll !  Ikun hemm min jgħid li Adrian Delia ma kienx ta’ żmienu,  għax kienu ilu li dabbar rasu minn mal-Arriva u żmien il-Bużullotti.Aqra aktar

Naħqa ta’ ħmar

Mela tat-Times għoġobhom jagħmlu survey online,  u jistaqsu lill-qarrejja tagħhom.  Dawk l-istess li jagħmlu ħafna kummenti,  u huma krema fuq il-krema.  Qishom is-sriep li jobżqu l-velenu l-ħin kollu,  naturalment kontra l-Partit Laburista,  u l-aktar kontra Joseph Muscat.

Mela l-mistoqsija kienet :

  1. Inti trid li l-monument ta’ Daphne jkun ma’ tal-Assedju l-Kbir ?
  2. Jew il-Bidnija ?
  3. Jew f’xi post pubbliku ieħor ?
  4. Jew m’għandux ikun hemm monument ?

Aqra aktar

Għawdex jaf fejn imidd il-pass

Kelli ftit opportunità li nkun Għawdex fil-weekends li għaddew,  u speċjalment għax ġiet  it-tifla minn barra. Ġabet l-għożża tagħha,  lit-tifla li dalwaqt tagħlaq sninha,  u li għalkemm twieldet u qed titrabba l-Ingilterra,  għandha ċittadinanza qawwija f’Għawdex. Aqra aktar

Ħaqqu l-forka! Mela!

Dan x’ġara fil-Partit Nazzjonalista, kulħadd jgħid li jridu joqtluh? Simon ħareġ inewwaħ għax qabżuhielu meta ġabu li kienu difnuh.  Għall-inqas kien hemm waħda tibkih. Aħjar mix-xejn. Jien qrajt partita kummenti,  u naċċertakom li kienu agħar minn dik il-karikatura.  Inklużi dawk li dehru fuq it-Times of Malta online.  Għaddewh fil-maġġoranza siegħa …U oħroġ il-għaġeb li ħareġ jiftaħar kemm bagħtulu messaġġi ta’ solidarjetà! La kuntent hu, kuntent kulħadd.

Issa ħareġ Casa. Jien ngħid bħal ma jghid il-Malti : “Min imexxi kontra pajjiżu, biex mingħalih ikun minn fuq hu,  ħaqqu l-forka.” U daqstant ieħor ħaqqu l-forka,  min jgħawweġ it-tifsira tal-Malti,  ħalli tiġi ddoqq kif jaħseb li taqbel lilu.Aqra aktar

Ftit ċuċati legali

Jista’ akkużat jgħid li  qed jinkisru l-jeddijiet tiegħu fundamentali għax meta l-ġurati qegħdin jiddiskutu l-każ tiegħu,  ikunu bil-magħluq ?  U allura ma jkunx jista’ jirrispondihom ?   Jista’ jgħid li mhux qed issir ġustizzja miegħu ?

Jekk ġurnalist jgħid li ma jistax jikxef minn qallu,  jien m‘għandix id-dritt għall-informazzjoni ?

Aqra aktar

Abyssus Abyssum Invocat

Min jibda jagħżaq fil-ħama,  aktar jegħreq fil-ħama.  Jien ma ninkwetax ruħi li avukati bħal Karol Aquilina jippruvaw ikomplu jagħżqu fuq il-ħama,  għax ikunu huma li aktar jgħoddsu fiha.

 

Kif tista’ tistenna li nies li waqgħu waħda għaż-żufjett,  quddiem il-poplu kollu,  tant li Dr Adrian Delia stqarr li l-PN tilef kull kredibilità,  ma jippruvawx minn kollox.   Karol Aquilina m’għandux kredibilità aktar minn ħaddieħor.Aqra aktar

Simon tal-frejjeġ

Jekk tistaqsuni minn dak li smajt hemmx każ kriminali kontra Simon Busuttil ngħid le,  għax faċilment kien mazzun ta’ ħaddieħor,  u ma kellux għaqal biżżejjed, u l-għira ghamlet bih.  Jista’ jkun hemm provi,  imma għalissa ma nemminx.  Dan minħabba li ħafna nies joqgħodu jgħidu x’missu jsir lil nies “bħal dawn”.  Dejjem trid tapplika r-rule of law,  anke kontra l-aktar bniedem li jipprova jagħmillek ħsara. Aqra aktar

Te Deum Laudamus

Simon Busuttil ħaġa waħda kien qal sew, u ma kienx qed jigdeb : “Iva Politika onestà tista’ tirbaħ kontra l-gideb għax nemmen li s-sewwa jirbaħ żgur.” Jekk mhux politiku għall-inqas hu profeta, u kif nafu profeta mhux meqjus f’pajjizu stess ! U ma jistax ikun profeta fuq innifsu. Imma fuq Joseph Muscat kien.

Meta kont rajt lil Joseph Muscat jiċħad, u fuq kollox jitlob hu stess li tibda nkjesta, u kif kienet qed tittella’ l-montatura kollha, kont aktar minn persważ li Joseph u martu ma kellhomx faħam miblul. Meta wieħed jesponi ruħu għall-inkjesta, jekk ikollu x’jaħbi, ma jafx fejn se jasal min ikun qed jinvestiga. Normalment, jieħu attitudni ta’ sfida, u jgħid “ġibuli l-provi.” Joseph m’għamilx hekk. Lill-maġistrat inkwirenti (li ma setax jaf min kien se jkun) qallu fittex u qalleb fejn trid u kif trid.

Qatt rajtu fuq it-tv meta jkun hemm xi inkjesta fis-senat amerikan? Mhux wieħed u tnejn jagħżlu li ma jixhdux għaliex jipprevalixxu ruħhom mill-5th Amendment. Dan ifisser li ma jridx jixhed, għax jista’ jinkrimina ruħu. Mhux għax bil-fors għamel il-ħażin, imma jipproteġi lilu nnifsu b’dak il-mod. Maġistrat inkwirenti wkoll għandu obbligu li jwissi bniedem suspettat qabel jagħmillu mistoqsijiet. Joseph u martu marru b’wiċċhom minn quddiem, u ma riedu l-ebda protezzjoni.

Issa ġie Pierre Portelli jgħid li dejjem kellu fiduċja fil-maġistrat. Qisu jrid l-approvazzjoni tiegħu. Hu kien xhud, u mar jixhed kif kien obbligat, u ħareġ ta’ dak li hu. Li hu superfiċjali fix-xogħol tiegħu, għax jekk inti ġurnalist taparsi investigattiv, l-ewwel ma tagħmel teżamina kull biċċa informazzjoni u tittestja hix vera jew le. Tiftakru dawk iż-żewg ġurnalisti Amerikani kemm ħadmu bir-reqqa, u ġabu lill-President Nixon dahru mal-hajt li kellu jirrizenja ?

Imma din ma kenitx ħaġa daqstant fidila li “l-ġurnalisti nvestigattivi” belgħuha. L-istorja ta’ manuvri toħroġ ċar mill-konstatazzjoni li jagħmel il-maġistrat Aaron Bugeja li sab li x-xhieda ewlenin ħawdu bejniethom. Mhux Joseph u martu. Għax min jagħmel il-kawlati, iħalli r-rieħa warajh.

Kienet maħsuba li jkollha effett fuq l-elezzjoni, tant li Simon Busuttil il-profeta rikeb fuqu, u ħlief Egrant ma semmiex, apparti l-€10000 għal min imur joqgħod Għawdex. Li ġara pero’ li l-profezija ta’ Simon “li politika onesta tirbaħ kontra l-gideb” seħħet. L-ewwel seħħet fl-elezzjoni ta’ sena ilu. It-tieni biċċa tal-profezija twettqet bir-riżultat tal-inkjesta. Is-sewwa jirbaħ żgur.

Għalhekk xieraq li nkantaw Te Deum Laudamus….li tfisser infaħħruk Mulej.

Kien ikun għajb kbir għal pajjiżna li kieku kien hemm xi ħaġa bħal dik. Ma kienx hemm u ħammġu isem Malta ma’ kullimkien.

Issa kont se ninsa. Joseph Muscat u martu żgur ma kenux qed jibżgħu minn Daphne Caruana Galizia u kellhom xi interess li jeqirduha, miskina bhala bniedma. Kontrieha u kontra Pierre Portelli kellhom il-profezija ta’ Simon, li s-sewwa jirbaħ żgur. Te Deum Laudamus.

Strabiżmu

Strabiżmu hija dik is-sitwazzjoni tal-għajnejn li flok iħarsu paralleli għal xulxin,  ikunu daru u jħarsu u jiffukaw fuq punt wieħed.  U hekk qed jigri lill-ġurnalisti u taparsi politikanti li għandna mas-saqajn.   Għax sirna qisna team tal-futbol.  Biex nilgħabu l-logħba tal-politika f’Malta,  iridu jġibu dejjem il-players minn barra,  ħalli jilgħabu l-logħba tagħhom.

Aqra aktar

Send this to a friend