Dan li se nikteb għall-informazzjoni u mhux biex nagħmel ġudizzju fuq xi ħadd. Rajt wisq f’dawn il-ġranet.
Meta bniedem jitressaq arrestat u jibqa’ arrestat, għax ma jingħatax ħelsien mill-arrest, il-kumpilazzjoni tiegħu trid tibda qabel jagħlqu 15-il ġurnata. Il-maġistrat jitla’ bix-xorti, u dan b’mod ma jkunx hemm manuvri ħalli jkun dak u mhux l-ieħor. Il-kumpilazzjoni trid tingħalaq fi żmien xahar. Dan iż-żmien jista’ jittawwal sa tliet xhur, imma wara l-ewwel xahar bil-permess tal-President ta’ Malta, li naturalment ikollu l-parir tal-Ministru tal-Ġustizzja.Aqra aktar