Rajt kummenti fil-ġurnali online dwar il-President li jħalluni bla kliem. Insulti, attribuzzjoni ta’ motivi ulterjuri, dispreżż ċar u tond u dan minħabba li qeda l-funzjoni tiegħu taħt l-Artiklu 90 tal-Kostituzzjoni. Wieħed jista’ ma jaqbilx mal-President, imma hemm limiti tal-prudenza. Jien mhux se niddejjaq ngħidha li waqt li rajt d-dikjarazzjoni tal-President u qbilt magħha kompletament, meta ġejt għall-parti “tal-liġi tan-neċessità” la fhimtha u lanqas naqbel magħha fiċ-ċirkostanzi. Aqra aktar
