Aleander Balzan

F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Minn laqgħa simbolika għal waħda konkreta

F’konferenza tal-aħbarijiet fi tmiem laqgħa ta’ diksussjoni,  il-Prim Ministru Libjan Fayez Mustafa al-Sarraj stqarr li minn żjara li ħasbu li ser tkun simbolika, ħarġu riżultati u fatti konkreti.

Dan jindika, qal il-Prim Ministru Libjan, impenn biex jitwettqu l-affarijiet.

Qal li dik ta’ bejnu u l-kontinġent Malti kienet laqgħa tajba u nqasmu diversi ideat. Intlaħaq qbil fuq numru ta’ ftehimiet u se jinħatru kummissjonijiet tekniċi biex jaħdmu fuqhom.

Aqra aktar

Meta l-‘partner’ ikun magħruf

Saret drawwa għall-membri tal-Oppożizzjoni li jattakkaw jew jirreferu għal qraba ta’ deputati jew uffiċjali tal-Partit Laburista.

Rajniha fil-każ tad-deputat Silvio Schembri li nfetaħ attakk fuqu għax martu taħdem l-Awtorita Maltija għas-Servizzi Finanzjarji. Biex wara xhur sħaħ (saħansitra filwaqt li kienet tqila) li fihom kienet fil-mira ta’ kampanja sistematika fu il-media tal-PN irriżulta li bil-provi li ma kellha xejn x’taħbi.

Aqra aktar

Ħażin jekk ninsew

Ma jieqfu xejn il-fatti dwar dak li kien jiġri qabel l-2013  fil-gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Meta niżvelawhom f’ONE NEWS, jew tirrapportahom xi midja oħra, il-Partit Nazzjonalista jiddefendi lilu nnifsu billi jgħid li patta bit-telfa elettorali.

L-istess jargumentaw xi laburisti ġenwini u persuni l li m’għandhomx partit. Punt validu ħafna. Iżda, fiċ-ċirkostanzi ma naqbilx miegħu.

Aqra aktar

Kedda biex jinstab tagħrif dwar RCC

Biex mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jinkisbu dettalji dwar l-impjieg bħala diplomatiku li kellu Richard Cachia Caruana jkollha ssir riċerka fl-uffiċċju tal-Prim Ministru.

Dan għax mhux biss Richard Cachia Caruana kien stmat differenti minn diplomatiċi oħrajn f’dak li huwa ħlas, iżda anke fil-mod kif il-gvern kien jiftiehem miegħu. B’imkejjen fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin jikkonfermaw kif hija “kedda” biex jinstab it-tagħrif dwar l-eks strateġist nazzjonalista li mit-taxxi tal-poplu tħallas eluf kbar ta’ ewro.Eluf li aħansitra baqgħu jitħallsu anke wara li kien sfiduċjat mill-Parlament.

Aqra aktar

Bieb u għatba u stmawh differenti

Nistgħu niżvelaw dettal ieħor li jkompli juri kemm id-‘deal elettorali’ li għamel l-eks Ministru Chris Said b’rabta ma’ art fin-Naxxar kien wieħed li ma messu qatt sar.

Jirriżulta li talba oħra, bieb u għatba, biex art tgħaddi lura għand il-privat kienet irrifjutata tant li l-Awtorita’ tad-Djar baqgħet għaddeja bil-proġett li kellha maħsub u fil-fatt sar.

Aqra aktar

X’qed jinħema ma’ Dybala?

L-Arġentin ta’ Juventus, Paulo Dybala huwa wieħed mill-aqwa plejers fil-mument. Min jaf kemm il-juventin se jkun qiegħed isegwih jiċċelebra r-rebħ tal-kampjonat fil-jiem li ġejjin. Iżda, donnu l-Juventini jistgħu jibdew jarawh f’pajjiżna ta’ sikwit.

Ritratt li rajna fil-paġna ta’ Facebook tal-President tar-Repubblika qanqlilna kurżita.

Aqra aktar

Meta €13,000 fix-xahar kienu ‘OK’

Richard Cachia Caruana, eks rappreżentant permanenti fi Brussell, kien jitħallas id-doppju ta’ dak li kien jitħallas ambaxxatur ieħor fl-istess belt Ewropea.

Tagħrif mogħti iktar kmieni din il-ġimgħa juri kif l-eks strateġist tal-Partit Nazzjonalista kellu arranġamenti speċjali li għamlu għalih il-gvernijiet ta’ Lawrence Gonzi.

Aqra aktar

It-Times tirtira artiklu dwar Konrad Mizzi

It-Times of Malta rtirat allegazzjonijiet li għamlet fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi f’artiklu ppubblikat fil-5 t’April.

F’wieħed minn sensiela ta’ artikli b’rabta ma’ Panama Papers, it-Times of Malta kienet irrapportat li “investitur f’kumpanija ta’ Mizzi huwa marbut mal-koruzzjoni.” 

Aqra aktar

Magħna taf fejn qiegħed

Dan in-news portal huwa vuċi oħra għal ONE NEWS fejn inwasslu l-aħbarijiet u nikkomunikaw mas-segwaċi tagħna. Hawn ukoll il-prijorità se tkun li nwasslu l-aħbar u li ngħarrfu lill-pubbliku b’dak li jkun għaddej.  Bil-prijorità onlajn tkun dik li nagħmlu dan kemm jista’ jkun mal-ewwel.

Se nkunu qegħdin inżommu l-prinċipji li nżommu ta’ kuljum fil-bulettin tas-19.30 u kull aġġornament ieħor. Ir-rispett lejn dawk li jsegwuna.

Aqra aktar

Send this to a friend