Aleander Balzan – Page 4 – One News

Aleander Balzan

F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Azzopardi għadda l-art f’Bulebel lill-MIP

Fl-aħħar jiem Jason Azzopardi ffirma stqarrija tal-PN jikkundanna l-gvern għax art f’Bulebel kienet ikkunsdirata biex tkun estiża żona industrijali. Iżda, d-dokumenti juru li kien l-istess Jason Azzopardi li għadda l-art għal dan il-għan bil-Partit Laburista llum jippubblika l-provi u jgħid li għal darb oħra l-PN ma jistax ikun kredibbli.

 Il-kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Ambjent, Jason Azzopardi, hu l-istess bniedem li kien politikament responsabbli meta l-gvern Nazzjonalista għadda art f’Bulebel lil Malta Industrial Parks. Dan biex tintuża għal żvilupp ta’ fabbriki.

Jirriulta li t-trasferiment kien sar b’effett mill-ewwel ta’ Diċembru 2009 permezz ta’ avvviż legali li kien ippubblikat mill-Partit Laburista.

Aqra aktar

Investigazzjoni PANA: Is-sistemi tat-Taxxa f’Malta skont ir-regoli Ewropej u tal-OECD

Ir-rapport ta’ investigazzjoni tal-kumitat tal-Parlament Ewropew fuq il-Panama Papers, magħruf bħala l-Pana Committee, ikkonferma dak li ilu jsostni l-Gvern Malti. Dak li s-sistema tat-taxxa f’pajjiżna hija skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea u l-OECD.

Fir-rapport li segwa investigazzjoni twila jagħmilha ċara li rriżulta li Malta adottat ir-regoli kollha tal-Unjoni Ewropea dwar is-suġġett kemm f’dik li hi trasparenza, kif ukoll f’dik li hi l-ġlieda kontra l-frodi u l-ħasil ta’ flus.Aqra aktar

Ir-Reazzjoni li hemm bżonn

Il-jum tas-16 ta’ Ottubru mhux riflessjoni ta’ x’aħna bħala nazzjon. Il-qtil barbaru ta’ Daphne Caruana Galizia f’pajjiż bħal tagħna mhux biss mhux aċċettabbli iżda jkun miġġieled bil-qawwa u bl-isforzi kollha. Kif wara kollox qed jagħmel il-Gvern.

Dak li fil-kotba tal-istorja se jirrifletti ta’ x’aħna bħala nazzjon huwa l-mod kif qed u se nirreaġixxu. Hawn min ir-reazzjoni ta’ rabja tiegħu ħass li għandu jesprimiha bil-kitba, permezz tal-midja soċjali u hawn min li f’ċirkostanzi bħal dawn iħoss li għandu jħalli l-forzi tal-ordni jagħmlu x-xogħol tagħhom bil-kwiet anke jekk isegwi b’attenzjoni.

Oħrajn ħassew li għandhom jinżlu fit-toroq kif għamlu mijiet il-Ħadd li għadda u li magħhom saħansitra ngħaqad il-Partit Laburista. Ħasra li mument ta’ għaqda nazzjonali nbidel f’espressjoni politika partiġjana fejn mill-organizzazzjoni sad-diskors tal-aħħar kien hemm it-timbru tal-Partit Nazzjonalista.Aqra aktar

Antoine Borg jinqabad ma’ DCG

L-edeputat Nazzjonalista, Antoine Borg, inqabad bħala wieħed minn dawk li qed jgħaddi t-tagħrif lil Daphne Caruana Galizia kontra Adrian Delia. 

Kien żball tiegħu u anke ta’ Caruana Galizia li kixef lill-eks deputat, li baqa’ l-art fl-aħħar elezzjoni ġenerali. 

Aqra aktar

Laqgħa li ssejħet bil-moħbi ta’ Debono

Il-bniedem li s-soltu jikkordina l-laqgħat tal-Kumitat Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista ma kienx mgħarraf bil-laqgħa tat-Tnejn filgħaxija, maħsuba biex tiddiskuti l-iżviluppi fl-elezzjoni għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista b’mod partikolari dawk b’rabta ma’ Adrian Delia, wieħed mill-kandidati.Aqra aktar

Ieħor jgħid li elezzjoni “mbagħbsa”

Li l-elezzjoni għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista hi waħda mbgħabsa –  rigged – qed jgħiduha iktar nies.

Simon Mercieca, li fl-2013 kien ma’ dawk li kitbu r-rapport tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista qal dan fl-artiklu tiegħu fuq The Malta Independent. 

Aqra aktar

Adrian Delia mar l-aħjar

L-aħjar li mar minn dawn l-attakki ta’ Daphne Caruana Galizia fuq Adrian Delia ma kien ħadd għajr l-istess Adrian Delia. F’dan l-istadju lanqas irrid nidħol fil-mertu ta’ jekk dak żvelat fuq Delia hux minnu jew le. Li mhux mill-ħelwin u rett daqskemm jilgħabha ilna nafuhiżda l-esperjenza urietna li l-iistejjer li toħroġ Caruana Galizia wieħed irid jgħarbilhom b’seba’ mitt għajn għaliex anke fejn ikun hemm nitfa verità tant tispara bl-addoċċ biex tweġġa’ u tilħaq l-għanijiet tagħha li mbagħad fatt jinbidel f’gideb esaġerazzjonijiet

Fil-fattfil-gazzetta KullĦadd ilbieraħ kwotajt kunsillier minn Għawdex li qalli proprju dan. Tant li Chris Said jinsab imħasseb li jista jkun hu li jbagħti minn dan kolluTgħiduli allura għaliex Chris Said għaliex ma joħroġx qattabla ħabel kontra Caruana Galizia. Ċarangħid jien. Anke hu andu x’jaħbi.

Aqra aktar