Search Results for “partecipazzjoni” – One News

Notifiki

50 għaqda mhux governattiva jibbenefikaw minn taħriġ minn fondi Ewropej dwar żieda fil-parteċipazzjoni fid-djalogu soċjali

Id-djalogu pubbliku, li jara l-kontribut attiv tas-sħab soċjali u tas-soċjetà ċivili fl-iżvilupp tal-politika, huwa fundamentali għall-mod b’saħħtu u ġust fit-teħid ta’ deċiżjonijiet b’mod demokratiku.

Dan kien il-messaġġ sottolinjat mill-Ministru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli għad-Djalogu Soċjali Carmelo Abela u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi f’seminar organizzat mill-Malta-EU Steering Action Committee (MEUSAC).

Aqra aktar

“Il-proċess ta’ paċi għandu jinġieb lura għal ħajja flimkien ma’ pjan tanġibbli bil-parteċipazzjoni tal-partijiet rilevanti kollha” – Carmelo Abela

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ Carmelo Abela ltaqa’ mad-Direttur Ġenerali u d-Deputat Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Espatrijati tal-Palestina, Amal Jadou fl-14 ta’ Novembru 2019. Dr Amal Jadou kienet ukoll akkumpanjata mill-Ambaxxatur tal-Palestina għal Malta, Fadi Hanania. Aqra aktar

L-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ ‘Summer on the move’ rat il-parteċipazzjoni ta’ 7 elef tfal

Dawn iċ-ċkejknin jaqbżu jogħlew daqs mulett għalkemm fil-verità l-għalliema sportivi tagħhom qalulhom jaqbżu qishom żrinġijiet.

 Dawn u oħrajn ikbar minnhom huma parti mill-programm sportiv Summer On The Move li issa wasal fl-aħħar ftit jiem tiegħu.

Din is-sena pparteċipaw f’Summer On The Move mas-sebat elef ruħ. Aqra aktar

Lejn żieda fil-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika Maltija

Waqt laqgħa fil-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza, il-Ministru Helena Dalli, u  Lorna Vassallo, kandidata għall-Parlament Ewropew, iddiskutew il-ħtieġa ta’ miżuri sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Parlament Malti. Dan fid-dawl tal-fatt li skont l-Interparliamentary Union, Malta ġiet fil-150 post minn iktar minn 190 pajjiż jew parlament indipendenti fid-dinja f’Ġunju 2018, bi 8 deputati eletti nisa biss minn parlament ta’ 67 fl-aħħar elezzjoni ġenerali, waqgħa ta’ 4 postijiet mill-2016.

Lorna Vassallo diġà kkontestat tliet elezzjonijiet ġenerali fuq it-tnax-il distrett u kienet proprju l-wegħda tal-PM Muscat li jintroduċi miżuri pożittivi favur in-nisa flimkien mal-programm LEAD li reġġgħuha lura għall-ħajja politika. Minkejja li qatt ma kienet fil-Parlament, l-esperjenza tagħha fil-politika u l-ħidma fuq id-distrett għallmuha ħafna.  In-nisa huma dejjem ġodda fil-politika u jridu jtellqu ma’ irġiel li ilhom fil-Parlament. Dawn għandhom ħafna aktar riżorsi, kuntatti u spazju fuq il-mezzi tax-xandir u jkun ilhom jaħdmu fuq id-distrett minn diversi elezzjonijiet qabel. Kieku nisa ġodda fil-politika jikkontestaw ma’ rġiel ġodda d-diskrepanza probabbilment ma tkunx teżisti. Dan iwassal ukoll biex 20% tas-siġġijiet biss ikunu disponibbli għal deputati ġodda fi kwalunkwe elezzjoni ġenerali.

Lorna Vassallo hija wkoll favur l-introduzzjoni ta’ sabbatical, għal nisa fil-politika i.e. li mara impjegata tibbenifika minn ħlas tal-paga sħiħa fuq ix-xogħol meta hi tapplika għal perjodu ta’ leave minħabba politika, bil-perjodu ta’ żmien li tista’ tibbenifika minnu jiddependi minn liema elezzjoni ser toħroġ għaliha. Lorna Vassallo tiġġustifika din il-konċessjoni tas-sabbatical a bażi tad-differenza bejn il-pagi bejn in-nisa u l-irġiel li hija statistikament ippruvata, il-fatt li 99%+ tan-nisa ma jgawdux l-appoġġ ta’ raġel tad-dar (househusband), kif ukoll il-fatt illi huma n-nisa li fil-fatt jispiċċaw jieħdu ħsieb lil uliedhom u d-dar minkejja l- ugwaljanza fuq il-karta. Fil-każ ta’ nisa li jaħdmu għal rashom, jew nisa tad-dar, il-ħlas għal sabbatical ikun jista’ jiġi kkalkulat fuq il-medja ta’ dħul fuq medda tal-aħħar snin riċenti jew b’referenza għall-aħħar impjieg li kellhom.

Lorna Vassallo wriet l-apprezzament tagħha wkoll lejn il-ħidma bla heda tas-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli li hija responsabbli minn din ir-riforma li qed tippromovi miżuri pożittivi għal aktar nisa fid-dinja politika. Is-Segretarju Parlamentari sostniet li bħalissa għaddejja ħidma importanti biex fil-ġimgħat li ġejjin jitressaq quddiem il-pubbliku dokument ta’ konsultazzjoni li jrid iwassal sabiex 50% tal-kandidati li jikkontestaw l-Elezzjoni Ġenerali tal-2027 ikunu nisa. Il-Ministru Helena Dalli rringrazzjat lil Lorna Vassallo tal-parteċipazzjoni tagħha kemm fil-ħajja politika Maltija kif ukoll fil-ġurnali dawn l-aħħar għoxrin sena, għaliex hi wkoll isservi ta’ ispirazzjoni għal nisa oħra.

Aġġornat: Il-PM jixtieq jara aktar parteċipazzjoni miż-żgħażagħ u n-nisa

Il-Prim Ministru Joseph Muscat kien qed jindirizza seduta parlamentari fejn iż-żgħażagħ iċċelebraw il-fatt li issa jistgħu jivvutaw hekk kif jagħlqu 16-il sena. Dan huwa avveniment li l-Prim Ministru sejjaħ bħala jum storiku meta l-kostituzzjoni ġiet emendata b’vot unanimu.

Huwa qal li dan jagħmilna kburin bħala pajjiż. Fakkar li disa’ snin ilu huwa kien kiteb artiklu jissuġġerixxi dan u beda d-dibattitu fejn illum jinsab kburi li wasalna sa hawn.

Aqra aktar

Parteċipazzjoni aktar wiesgħa għall-opri mużikali f’Għawdex

L-istaġun popolari tal-opri mużikali f’Għawdex hu fil-qrib u l-preparamenti miż-żewġ soċjetajiet li jorganizzaw dawn l-avvenimenti annwali għaddejjin fl-aqwa tagħhom.

Għal dan l-għan il-Ministeru għal Għawdex nieda għall-ewwel darba skema biex firxa wiesgħa ta’ nies tersaq aktar viċin lejn dawn l-avvenimenti ta’ kultura f’Għawdex, qalet il-Ministru Justyne Caruana waqt it-tnedija tal-‘Opera Scheme 2017’.

Aqra aktar

“Il-poplu qed jgħix il-ħidma ta’ Gvern Laburista, kuljum”

“Il-poplu qed jgħix il-ħidma ta’ Gvern Laburista, kuljum”.

F’għeluq it-3 snin ta’ ħidma mindu l-Partit Laburista reġa’ ngħata l-fiduċja biex imexxi l-Gvern, il-President tal-Partit Laburista ta sfond dettaljat tal-ħidma li wettaq Gvern Laburista biex itejjeb il-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Aqra aktar

Il-Pageant of the Seas se ssir fis-16 t’Awwissu

L-ikbar spettaklu li se jsir dan is-Sajf, Pageant of the Seas.

Dan ser jsir fil-Port il-Kbir fis-16 t’Awwissu.

Dan l-avveniment kbir fil-port naturali ta’ bejn il-Belt u l-Kottonera fost oħrajn se jixxandar fuq it-televiżjoni u se jkun qed jiġi organizzat skont id-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa. Aqra aktar

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jilqa’ l-aċċettazzjoni tal-MUT li jkollha rappreżentant fuq it-think tank

B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Malta Union of Teachers dwar il-parteċipazzjoni tagħha fit-think tank imwaqqaf mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol dwar l-edukazzjoni ta’ għada, fid-dawl tal-COVID-19 u lil hinn. Il-Ministeru fi stqarrija qal li qed jilqa’ b’mod pożittiv l-aċċettazzjoni tal-MUT li jkollha rappreżentant fuq it-think tank.

Bl-istess mod, il-ministeru jilqa’ t-twaqqif fi ħdan l-MUT ta’ grupp ta’ ħidma magħmul minn membri b’esperjenza fil-klassi, li għalhekk se jkun qed jikkontribwixxi wkoll fit-think tank tal-ministeru.

Irid jiġi ċċarat li t-think tank, kif imħabbar ilbieraħ, jinkludi żewġ membri li huma għalliema, bi snin ta’ esperjenza f’livelli differenti tas-settur edukattiv. Fl-istess waqt, il-ministeru sema’ u fehem ir-rispons li tressaq ’il quddiem dwar il-bżonn li jkun hemm ukoll rappreżentanza xierqa ta’ għalliema li jgħallmu ta’ kuljum fil-klassi.

Kif intqal ilbieraħ, matul il-proċess, it-think tank se jagħmel konsultazzjonijiet varji ma’ msieħba fis-settur u lil hinn.

It-think tank se jkun jinkludi wkoll lil Dr Colin Calleja mill-Fakultà tal-Edukazzjoni tal-Università ta’ Malta. Il-gvern jirringrazzja mill-ġdid lill-membri kollha distinti li aċċettaw li jservu fuq dan it-think tank.

L-iskop tat-think tank hu li jippreżenta ’l quddiem diskussjoni, riflessjonijiet u ideat dwar l-edukazzjoni ta’ għada fid-dawl tal-COVID-19 u lil hinn, bil-għan li bħala pajjiż inħarsu minn issa lejn il-futur u ndawru f’opportunità l-isfidi tal-ġejjieni.

“Kull ħaddiem għandu valur” – Il-PM

Kull ħaddiem għandu valur, u aħna qegħdin fil-politika biex intejbu l-ħajja tal-ħaddiema kollha.

Kliem il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, f’intervista f’Jum il-Ħaddiem, flimkien ma’ martu Lydia u binthom Giorgia Mae. Aqra aktar

Ir-riġenerazzjoni tal-Biċċerija l-Antika fil-Belt Valletta waslet fl-aħħar stadju

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera, akkumpanjat miċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef, żar is-sit tal-Biċċerija l-Qadima fil-Belt Valletta, hekk kif ix-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa biex dan il-bini antik jinbidel fil-Valletta Design Cluster waslu fil-fażi finali. Il-Valletta Design Cluster, parti mill-Aġenzija Kulturali għall-Valletta u proġett ieħor ta’ legat tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura Valletta 2018, se jkun qed jiftaħ il-bibien tiegħu fix-xhur li ġejjin. Aqra aktar

“L-għaqda u s-solidarjetà spikkaw fil-mument ta’ prova” – il-President George Vella

 Is-solidarjetà u l-għaqda spikkaw fil-mument tal-prova. Dawn dejjem sħaqt fuqhom tul l-aħħar tnax-il xahar u se nibqa’ ninsisti fuqhom tul il-Presidenza.

Dan kien kliem il-President George Vella f’messaġġ li għadda lill-poplu hekk kif fakkar l-ewwel sena tal-Presidenza tiegħu nhar l-4 ta’ April.

“Kienet sena mimlija avvenimenti fuq bażi nazzjonali u internazzjonali. Il-bidu tal-Presidenza għadda minn ċirkostanzi bla preċedent, imma fl-aħħar mill-aħħar il-poplu Malti dejjem wera l-karattru veru tiegħu.”

Aqra aktar

Send this to a friend