Tinżamm arrestata wara li ġiet mixlija li ffrodat mal-€500,000 b’ċekkijiet vojta

Josephine Baldacchino ta’ tmienja u erbgħin sena mill-Mosta nżammet arrestata wara li wieġbet mhux ħatja li ffrodat lill-imgħallem tagħha għal aktar minn nofs miljun ewro.

Hija ġiet akkużata wkoll b’ħasil ta’ flus.

Fil-Qorti nstema’ kif dan l-allegat miżapproprjazzjoni ta’ flus seħħ fuq medda ta’ sitt snin, fejn l-akkużata allegatament użat ċekkijiet vojta ffirmati.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, minħabba li l-imputata għandha iben bil-kundizzjoni tal-awtiżmu li jkollu bżonn il-preżenza t’ommu.

Din it-tallba ġiet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni, li spjegat li hemm biża’ ta’ intralċ tal-provi.

Għalhekk, it-talba ġiet miċħuda, u l-assi tal-imputata ġew iffriżati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend