Ma jinstabux ħatja li ffrodaw lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-UE

Claudette Abela Baldacchino, Michael Cohen, Noel Formosa, Joe Borg u Doris Borg ma nstabux ħatja u ġew illiberati minn kull akkuża fil-konfront tagħhom inkuż l-akkuża li ffrodaw lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea.

Ma nstabux lanqas ħatja Oreste Alessandro u Paul Cortis, li wkoll kienu akkużati bl-istess akkużi.

Is-sentenza ngħatat wara 11-il-sena fil-Qorti.

L-eks membri tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ma nstabux ħatja mill-Maġistrat Josette Demicoli fil-proċeduri li kienu ġew mibdija mill-pulizija fil-konfront tagħhom wara rapport mill-uffiċċju Ewropew ta’ kontra l-frodi, l-OLAF.

Fir-rapport intqal li seta’ kien hemm irregolaritajiet dwar talbiet ta’ ħlas għall-biljetti tal-ajru ta’ delegazzjoni Maltija.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti tal-Maġistrati preseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli qalet li ma jirriżultax li l-eks membri tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali għamlu xi qligħ personali.

Dr Demicoli għamlet referenza għas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Appell ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, liema sentenza ma kinitx sabet ħtija u llliberat minn kull akkuża lill-eks President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Ian Micallef.

L-Avukati Manuel Mallia u Ezekiel Psaila dehru għall-imputati Claudette Abela Baldacchino, Michael Cohen, Noel Formosa, Doris Borg u Oreste Alessandro kif ukoll Ian Micallef filwaqt li l-Avukat Joe Giglio deher għall-imputat Joe Borg.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend