Ix-xamma ta’ Sophie twassal għal sejba ta’ €12,343 fi flus mhux iddikjarati

Il-kelba Sophie li tagħmel parti mit-tim tad-Dipartiment tad-Dwana wasslet għal sejba ta’ €12,343 fi flus mhux iddikjarati.

Dan wara li rreaġixxiet meta għaddiet ħdejn passiġġier li kien mistenni jsiefer lejn Istanbul.

Meta ġie mistoqsi hux kien qed iġorr ammont ta’ flus, il-passiġġier iddikjara li kien qed iġorr €3,000. Minn hemm saret tfittxija fuq il-passiġġier, ta’ oriġinu Lebaniż, fejn instab li kellu fuqu €2,300, €4,085 fil-bagalja li kien qed iġorr u €6,100 fil-bagalja lkbira.

Minn hemm il-passiġġier qabel li jiffirma fejn minn hemm ingħata multa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend