Ir-Red Arrows lura f’Malta wara seba’ snin

Wara seba’ snin, ir-Red Arrows, se ikunu qed jirritornaw Malta biex jieħdu sehem fl-edizzjoni ta’ dis-sena tal-Malta International Airshow.

L-aħħar darba li r-Red Arrows ġew pajjiżna biex jagħtu wirja fl-ajru tmur lura għall-2014.

Is-sitta u għoxrin edizzjoni tal-Malta International Airshow se ikun qed jittella’ bejn il-ħamsa u għoxrin u s-sitta u għoxrin ta’ Settembru li ġej, fejn r-Red Arrows, flimkien mal-forzi tal-ajru tal-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Polonja, l-Iżvizzera u t-Turkija, se jkunu qed itellgħu spettaklu fl-akwati tal-kosta tal-Qawra.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend