Imħabbra kampanja biex ittaffi ż-żieda ta’ karozzi fit-toroq fi żmien l-iskola

Lejlet sena skolastika ġdida, Transport Malta ħabbret il-kampanja Back to School, li se tgħin biex ittaffi l-impatt taż-żieda tal-karozzi fit-toroq Maltin.

Din il-kampanja tħabbret mill-Ministru għat-Trasport Ian Borg, li spjega kif se ssir bi tliet modi differenti.

App ġdida, bl-isem ta’ MRTU, se turi s-sitwazzjoni tat-traffiku madwar pajjiżna.

Intqal kif għal darb oħra se jsir servizz ta’ towing bla ħlas, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-sitta u d-disgħa u nofs ta’ filgħodu u bejn it-tlieta u nofs u s-sitta u nofs ta’ waranofsinhar.

Qal, “Inizjattivi oħrajn bħal dak li ħa noffru għall-ewwel darba lill-istudenti Għawdxin, rotot tal-linja ġodda li jwassluk mill-Fast Ferry għal Mater Dei u l-Università, il-Junior College u anke l-MCAST. U allura b’dawn l-inizjattivi, flimkien ma’ oħrajn li diġà qegħdin f’posthom nappellaw lin-nies biex jikkoperaw ħalli jkollna toroq siguri u effiċjenti.”

Iċ-Chairman ta’ Transport Malta, Joseph Bugeja qal li sar investiment f’erba’ muturi ġodda.

Spjega, “Dawn l-erba’ muturi huma ta’ madwar €110,000, investiment li nħossu li huwa ġust u tajjeb. Inkluż ukoll fid-devices li jixegħlu, lights, sabiex inżidu s-sigurtà. Is-sigurtà tal-uffiċjali tagħna li jistgħu jkunu iżjed viżibbli, speċjalment filgħaxija, meta x-xemx tlun niżlet.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend