L-UE bi ħsieb ta’ preżenza permanenti f’Kabul… allokati €150 miljun oħra għall-evakwazzjonijiet

L-Unjoni Ewropea qed tikkunsidra li jkollha preżenza permanenti f’Kabul wara l-aħħar żviluppi fl-Afganistan.

Ħabbar dan il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, Josep Borrell.

Parti kbira mill-indirizz tiegħu quddiem il-plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu, Borrell iddedikah fuq is-sitwazzjoni fl-Afganistan.

Fil-fatt huwa rrimarka kif it-Talibani kisbu l-poter fl-Afganistan f’inqas minn 10 ijiem u issa ħatru Gvern Interim, Gvern li jinvolvi fih saħansitra nies li huma fil-lista tas-sanzjonijiet tal-Ġnus Maqgħuda.

Borrell sostna kif l-Unjoni Ewropea issa ma tistax ma tiddjalogax ma’ dan il-Gvern interim tat-Taliban sabiex tgħin lil dawk kollha li huma fil-pajjiż.

Sostna wkoll li dan irid isir billi wkoll l-Unjoni Ewropea ma taċċettax li jinkisru diversi punti ta’ prinċipju minn naħa tal-Gvern Taliban.

Dawn fost oħrajn huma li l-Afganistan ma tkunx bażi ta’ esportazzjoni tat-terroriżmu, li jiġu rispettati d-drittijiet tan-nisa, li jkun hemm midja libera u li fl-aħħar mill-aħħar l-Afganistan jkun stat fejn tirrenja s-saltna tad-dritt.

Tenna wkoll kif l-Unjoni Ewropea minn allokat €150 miljun oħra għal totall ta’ €200 miljun sabiex jintużaw f’għajnuna fosthom ta’ evakwazzjoni.

Borrell spjega wkoll li huwa se jkun qed jikkordina sforzi sabiex aktar Ewropej u ċittadini Afgani li huma maqbudin hemm jiġu evakwati.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend