Il-PM jħabbar investiment multi-miljunarju tad-De La Rue b’ħolqien ta’ mitt impjieg

 

Fl-impjant tad-De La Rue, fiż-Żejtun, it-Tlieta filgħaxija l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar investiment multi-miljunarju.

Id-De La Rue se tibni l-ikbar impjant tal-istampar tal-flus tagħha fid-dinja ġewwa pajjiżna, liema investiment se joħloq mitt impjieg.

L-impjant fuq disgħa u għoxrin elf metru kwadru se jkun wieħed state-of-the-art u se jirdoppja l-kapaċità tal-produzzjoni u se tkun qed tistampa maż-żewġ biljun karta tal-flus fis-sena.

Dan l-investiment kien possibbli bil-ħidma bla waqfien tal-Malta Enterprise, u l-impjant il-ġdid se juża l-enerġija b’mod mill-iktar effiċjenti.

Din il-kumpjanija tiġġenera mat-tletin miljun ewro kull sena fl-ekonomija ta’ pajjiżna.

Waqt it-tnedija ta’ dan l-investiment, il-Prim Ministru Robert Abela spjega dan l-investiment juri li r-reżiljenza dejjem tegħleb l-ostakli u tiġġenera r-riżultati.

Il-Prim Ministru sostna li l-pandemija ġabet għażla għall-Gvern, bejn awsterità u investiment.

Hu stqarr, “Instead of worrying that government would be embarking on cost-cutting exercises and reducing its investment even in the national infrastructure once the crisis is over. Firms know that we will be carrying out the most ambitious investment ever in our nation’s industrial infrastructure.”

Dr Abela qal li huwa kburi wkoll li l-Gvern għażel l-investiment, li pprevena sitwazzjoni ta’ ħamsin elf persuna bla impjieg.

Saħaq li l-Gvern qed jgħin l-industrija biex teqleb għall-operat li huwa iżjed ħabib tal-ambjent.

Qal li waqt pandemija, Malta rreġistrat l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja u elenka għal numru ta’ miżuri li għenu lin-negozji fosthom il-Covid Wage Supplement.

Semma wkoll li pajjiżna kiseb l-akbar pakkett ta’ fondi Ewropej fl-istorja li bihom jista’ jgħin lill-industriji.

Il-Prim Ministru semma kif il-Gvern se jibqa’ jkun għan-nies u dan se jurih biċ-ċar fil-Budget li se jressaq fil-11 t’Ottubru.

Dr Abela għalaq billi qal li Malta se taħdem għal karrieri ġodda li joħolqu opportunitajiet, art fertili għan-negozji u kwalità ta’ ħajja mill-aqwa għall-Maltin u l-Għawdxin.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tad-De La Rue, Clive Vacher stqarr kif din il-kumpanija ilha f’pajjiżna għal sitta u erbgħin sena u hija kburija bil-ħaddiema tagħha f’pajjiżna.

Huwa qal li l-kumpanija tinsab grata għal mod kif ġiet milqugħa f’Malta, speċjalment mill-Gvern.

Is-Sur Vacher stqarr, “Many customers choose to come to Malta and choose that their work is done in Malta. The past eighteen months has been a testament for the resilience, community spirit and innovation of the teams we have here and around the world. And on behalf of the world team at De La Rue I want to thank them all for their hard work. It is important to us that our relationship with the Government of Malta and its people is mutually beneficial.”

Sostna li l-kumpanija qed tħares ’il quddiem sabiex tkompli din ir-relazzjoni ta’ produttività li għandha ma’ Malta u inkoraġixxa lill-intrapriżi barranin sabiex jinvestu f’pajjiżna b’kunfidenza.

Il-Ministri Miriam Dalli u Silvio Schembri kienu preżenti għat-tħabbira ta’ dan l-investiment, flimkien ma’ rappreżentanti tal-Malta Enterprise u l-Indis.

Ritratt: Gareth Degiorgio

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend