BIL-FILMAT: Isalvaw qattus b’bandiera wara li waqa’ minn għoli fi grawnd

 

Fi grawnd f’Miami fl-Amerka, waqt logħba futbol Amerikan, is-segwaċi kellhom xena mhux tas-soltu quddiemhom.

Dan għaliex qattus bl-ilwien iswed u abjad ġibed l-attenzjoni kollha fuqu hekk kif spiċċa jiddendel minn poġġaman fil-grawnd.

Mill-filmat huwa evidenti x-xokk tas-segwaċi li baqgħu b’għajnejhom imwaħħlin ma’ din il-ħlejqa biex jaraw x’se jkun id-destin tiegħu.

Fortunatament kien hemm segwaċi li magħhom kienu qed iġorru bandiera Amerikana li serviet mitqlu deheb għal dan il-qattus.

Dan għaliex hekk kif waqa’ mill-għoli sab lil din il-bandiera tilqagħlu għall-waqa’.

Kif ġara dan is-segwaċi, kif kien mistenni, ferħu b’dan l-andament u filfatt il-qattus jidher fil-filmat qawwi u sħiħ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend