Persuna li tkellmet ma’ one.com.mt qalet li ftit tal-ħin ilu żagħżugħ Malti ta’ 18-il sena residenti San Ġwann waqa’ madwar tliet sulari waqt li kien qed jagħmel xogħol ta’ kostruzzjoni f’binja fl-Isla.
Mara li għamlet kuntatt magħna qaltilna li ż-żagħżugħ kien b’kantun f’idu u waqa’ ġo skip, qam u tfarfar iżda deher li kellu xokk kbir fuqu.
Huwa nstema’ jgħajjat hu u jaqa’.
Il-pulizija kkonfermat ma’ ONE News li daħlet telefonata f’Mater Dei dwar dan l-inċident li seħħ fi Triq il-Vitorja.
Iż-żagħżugħ li evidentament kellu xi ġrieħi fuq ġismu ttieħed l-Isptar għal aktar kura.