Raġel indarab gravi wara li waqa’ minn sular u nofs għoli f’sit ta’ kostruzzjoni fix-Xewkija.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ waranofsinhar f’sit ta’ kostruzzjoni li tinsab fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, Għawdex.
Il-Pulizija tad-Distrett marru immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 43 sena residenti Għajnsielem, Għawdex, waqa’ minn għoli ta’ madwar sular u nofs waqt li kien qed jaħdem.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza. Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.