L-Ispeaker ma jilqax it-talba biex jitlaqqa’ b’urġenza l-Parlament

L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia ma laqax it-talba t-talba biex il-Parlament jitlaqqa’ b’urġenza biex tiġi diskussa mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru Edward Zammit Lewis.

L-Ispeaker qal li l-mozzjoni mhiex ta’ materja t’urġenza.

Il-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield kiteb l-Ispeaker dwar din il-mozzjoni u qal li l-Oppożizzjoni setgħet ressqet din il-mozzjoni sa minn Ottubru li għadda peress li l-mertu tal-mozzjoni kienet fin-narattiva politika, xhur ilu.

Bedingfield qal li l-Oppożizzjoni qatt ma ħasset il-ħtieġa li tressaq il-mozzjoni u għalhekk wieħed qajla jifhem fejn hija l-urġenza llum.

Intqal ukoll li t-talba biex jitlaqqa’ l-Parlament b’urġenza ma ssibx konfort fl-ordnijiet permanenti li jirregolaw il-Kamra u lanqas fir-rulings tas-Sedja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *