L-Enemalta tipposponi x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni fuq is-sistema tad-distribuzzjoni minħabba l-mewġa ta’ sħana qawwija f’Malta

L-Enemalta pposponiet l-iskeda ta’ xogħlijiet regolari ta’ manutenzjoni fuq is-sistema tad-distribuzzjoni tagħha ħlief għal xogħlijiet essenzjali.

Dan fid-dawl tal-mewġa qawwija ta’ sħana li hawn bħalissa fil-gżejjer Maltin.

Fuq Facebook, l-Enemalta qalet kif l-inġiniera u t-tekniċi tagħha bħalissa huma kollha ffukati fuq it-tiswijiet tal-emerġenza.

Għaldaqstant, biex anki jitnaqqas l-inkonvenjent għall-pubbliku, l-Enemalta ddeċidiet li l-iskeda ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni regolari li kienu ppjanati għal dawn il-jiem se tiġi riveduta u se ssir biss il-manutenzjoni essenzjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend