Jindarab gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular minn gallarija f’San Ġwann

Raġel ta’ 67 sena mis-Swieqi, indarab gravi wara li waqa’ għoli ta’ madwar sular minn gallarija, waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet li f’sit ta’ kostruzzjoni,li jinsab fi Triq in-Naxxar, San Ġwann.

L-inċident seħħ għas-12:45pm.

Fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ tim mediku.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend