Tfajla ta’ 21 sena ttieħdet l-isptar wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Marsa

Tfalja ta’ 21 sena minn Ħal Qormi ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura wara, li s-sewwieq tal-karozza li kienet riekba fiha, tilef il-kontroll tal-vettura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tats-2:10 ta’ waranofsinhar, fi Triq Aldo Moro, il-Marsa.

Il-kundizzjoni tat-tfajla għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend