Sentenza sospiża talli xerred ritratti ta’ natura sesswali

Indjan ta’ wieħed u tletin sena li jgħix il-Ħamrun li jaħdem bħala xufier tal-karozzi tal-linja, ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammetta li xerred ritratti ta’ natura sesswali tal-eks tfajla tiegħu mingħajr il-kunsens tagħha.

Il-Pulizija ssekwestraw żewġ mobiles li kien fihom diskursati mal-vittma kif ukoll ritratti tagħha.

Il-Maġistrat qalet li n-natura ta’ dan ir-reat hija waħda serja u mmultat lill-akkużat sitt elef u ħames mitt ewro; liema multa trid titħallas fi żmien sena.

L-akkużat ġiet kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, wara li ġiet ikkunsidrata l-kondotta nadifa tiegħu.

Fil-konfront tal-vittma nħarġet ordni ta’ protezzjoni għal tliet snin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend