In-Navy Amerikana tixli baħri bil-ħruq ta’ vapur tagħha

In-Navy Amerikana xliet baħri tagħha bi ħruq tal-bastiment USS Bonhomme Richard li kien sorġut f’San Diego fit-12 ta’ Lulju tas-sena li għaddiet.

Il-vapur dam jaqbad erbat ijiem, u l-ħsarat telgħu għal erba’ biljun dollaru.

Il-baħħar kien membru tal-ekwipaġġ tal-istess vapur.

Il-bastiment kien wieħed mill-ftit li seta’ jintuża wkoll bħala aircraft carrier żgħir, u fiż-żmien meta nħaraq kienu qed jiġu fi tmiemhom xogħlijiet ta’ tiswija u rinovar fuqu li kienu ilhom għaddejjin għal sentejn u swew mal-mitejn u ħamsin miljun dollaru Amerikan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend