Anzjan mixli b’negliġenza u vjolenza fuq martu

Francis Galea, anzjan ta’ tmenin sena mir-Rabat li jgħix il-Mosta, tressaq il-Qorti l-Ħadd filgħodu akkużat b’negliġenza u vjolenza fuq martu li għandha xi kundizzjonijiet tas-saħħa.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.

Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest minħabba li l-akkużat huwa kbir fl-età u għax l-akkużi ġejjin minn terza persuna.

Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-vittma nnifisha qalet li kienet trattata b’mod mhux xieraq mir-raġel tagħha, u nstabet fi stat ta’ saħħa ta’ dgħjufija fiżika minħabba nuqqas ta’ ikel sustanzjuż.

L-anzjan ingħata l-libertà proviżorja fuq diversi kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ ħamest elef ewro u garanzija personali ta’ ħmistax-il elf ewro.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend