Inġabru aktar minn 1,240 tunnellata ta’ skart mormi illegalment

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena, il-ħaddiema mid-Dipartiment tat-Tindif ġabru aktar minn 1,240 tunnellata ta’ skart mormi illegalment f’siti miftuħa fil-gżejjer Maltin.

Matul il-ġurnata tal-Erbgħa ONE News segwa ħidma fl-akwati tal-Wied il-Ħemsija taħt l-Imdina fejn persuna rmiet numru ta’ vjaġġi ta’ terrapien ġewwa passaġġ rurali li jagħti għal nurmu ta’ għelieqi.

Qal, “Kif qed tara hawnhekk xi ħadd żarma xi ġebel, tefgħu hawn u nimmaġna li hawn aktar minn sittin tunnellata ta’ materjal.”

Fl-isfond tal-makkinarju tad-Direttorat li kien qed jiġbor il-materjal mormi, Paul Formosa kompla jispjega li l-irresponsabiltà ta’ ċerti nies hija bla limitu u fuq l-istess medda ta’ triq, kellhom inaddfu diversi postijiet oħra li sfaw post ta’ rimi llegali.

Ritratti ppubblikati mill-istess direttoraw urew ukoll diveri tindifiet li kellhom isiru f’diversi postijiet madwar Malta fosthom fejn it-Torri tal-Għallis, Ħaż-Żebbuġ u taħt is-Saqqajja fir-Rabat.

Min jinqabad jarmi skart f’postijiet pubbliċi jista’ jeħel multi kbar li jlaħħqu sal- €50,000. F’reati tat-tip, il-Pulizija għandha wkoll il-poter li titlob lill-Qorti timponi s-sekwestru tal-vettura li biha jkun sar ir-reat.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend