Xogħlijet ta’ manutenzjoni fil-bajjiet tat-Torri l-Abjad u r-Ramla l-Ħamra

Matul il-ġimgħat li għaddew l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (l-ERA) u l-Aġenzija Ambjent Malta wettqu xogħlijiet ta’ fuq it-Torri l-Abjad, fil-Mellieħa u l-Bajja tar-Ramla l-Ħamra, f’Għawdex. Dan sabiex titjieb il-protezzjoni ta’ żoni sensittivi li nstabu fis-sit.

Dan filwaqt li ngħalaq l-aċċess għal siti sensittivi bħalma huwa l-borġ tar-ramel li tinġabar bir-riħ. Dan bil-għan li tkun evitata kemm jista’ jkun ħsara li tista’ ssir lill-abitat. Apparti minn hekk tpoġġew tabelli ġodda biex inaqqsu r-riskju ta’ ħsara.

L-ERA qalet ukoll li meta l-volontiera tagħha naddfu l-Bajja tat-Torri l-Abjad, huma neħħew numru ta’ speċi invażivi, plastik, skart u anke struttura li kienet f’qagħda mwiegħra u li kienet tinsab f’sit ta’ Natura 2000.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend