Fiequ 199 persuna mill-Covid-19 u feġġew 111-il każ

Fl-aħħar sigħat fiequ 199 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 111-il każ minn fost 3,693 test, biex bħalissa hawn 1,972 każ attiv.

B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,087,183 test.

Ingħataw ukoll 755,655 doża tal-vaċċin. Minnhom, 398,444 persuna ħadu l-ewwel doża 379,016-il persuna huma kompletament imlaqqma.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 36 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, wieħed minnhom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Qalu wkoll li l-età medja tal-każijiet tal-Ħamis kienet ta’ 33 sena.

Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend