Xogħol fi ġnien u grawnd li se jissemma għall-Pulizija Mark Farrugia li nqatel f’Ħal Tarxien

B’investiment ta’ €90,000 minn Komunità Malta, ir-raħal ta’ Ħal Tarxien se jara spazju miftuħ ġdid u aktar modern għall-familji u tfal Maltin.

Dan tħabbar propju f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Intern Byron Camilleri u s-Segretarju Parlamentari Alex Muscat, fejn intqal kif se tingħata dehra ġdida lil ġnien, kif ukoll se jiġi rriġenerat il-grawnd tal-futobol.

Intqal ukoll li l-grawnd se jingħata l-isem ġdid ta’ Mark Farrugia, li huwa eks Pulizija li nqatel fil-madwar waqt il-qadi ta’ dmirijietu.

Is-Sindku ta’ Ħal Tarxien qal kif dan il-proġett huwa għal qalb it-Tarxiniżi, hekk kif għal xi snin din iż-żona kienet mitluqa. Spjega wkoll li issa l-bandli se jsir aktar aċċessibli u modern.

Il-Ministru Camilleri qal kif dan il-proġett ta’ spazju miftuħ jikkuplimenta anke l-proġett tal-Pulizija fil-Komunità f’Ħal Tarxien. Żied jgħid li wara kollox dan ukoll se jixpruna l-attività fiżika fost it-tfal u anke l-adulti tal-komunità.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari Alex Muscat qal kif mill-investiment dirett barrani – jekk hux Komunità Malta, NDSF jew Residenza Malta – qed igawdu il-Maltin u l-Għawdxin fi proġetti simili. Saħaq ukoll li investiment fin-nies bħalissa jfisser investiment f’kull ġenerazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend