Bernard Grech jimxi mal-messaġġ iddettat minn ta’ Busuttil

Bernard Grech kien kostrett iżomm mar-retorika li tawh u ddettawlu dawk fil-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.

Wara li mill-ewwel Simon Busuttil beda jitlob sabiex il-Prim Ministru Robert Abela jirriżenja, il-filjozz tal-establishment Bernard Grech ma setax imur kontra din it-talba minn dawk li ltaqa’ magħhom sa din il-ġimgħa stess.

B’reazzjoni għall-eżitu tal-inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Bernard Grech ħareġ jgħid li f’pajjiżna il-ġustizzja mhux qed taħdem.

Dan għalkemm l-inkjesta rrikonoxxiet ir-riformi li qed isiru.

Riformi li ġew rikonoxxuti wkoll mill-Kummissjoni Ewropea f’rapport dwar il-ġustizzja.

Għalkemm tressqu n-nies quddiem il-gustizzja u saħansitra anki nstabet persuna ħatja b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Bernard Grech kompla jtenni li f’pajjiżna hawn problemi serji fil-ġustizzja.

Qal, “Fil-pajjiż għandna problema serji ta’ ġustizzja.”

Intant fl-istess konferenza tal-aħbarijiet huwa tenna l-appoġġ tiegħu lil għaqdiet Repubblika u Occupy Justice immexxija primarjament mill-fazzjoni tal-eks kap Nazzjonalista Simon Busuttil.

Ta’ QabelLi Jmiss

3 Comments

  1. Sewwa qal nardu l grieg li ma hawnx gustizzja.Dan jista jikkonfermah hu stess.Fliema pajjiz fid dinja jkollok mexxej ta partit li ma hallas taxxa gha 12 il sena u jehel biss multa.Fi zmiem il pn min ma jiddikjarax il VAT kien jehel il habs.

  2. Veru m’hawnx ġustizzja għax xbajna nisimgħu b’nazzjpnalisti jiksru l-liġi u ma jitressaq ħadd. Xbajna nistennew li jitressqu nies il-Qorti dwar l-inkjesta egrant u għadna nistennew. Xbajna nistennew jitkompla l-każ taż-żejt u għadna nistennew. U ta din kollox miexi gas down! Veru m’hawnx ġustizzja.

  3. Irridu gustizzja.Meta se tigi publikata linkjesta ta E GRANT.Meta se titkompla linkjesta tal art u bini ta Rahalgdid.Meta se naraw lill dawk mixlija bil korruzzjoni taz zejt.Il haddiem iz zghir tressaq il qorti u wehel tal hazin li ghamel.Il kbarat ghadhom jorku jdejhom bli akkwistaw.Fl EU hemm xi membru malti li qed jigi investigat mill olaf.Kien hawn xi mexxej laburista li l pn mal knisja ma ghamilx character killing.Ghandu l pl jfittex ghad danni lill dawk kolla li ghamlu l hsara lill partit u Malta.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend