Se tkun qed tiġi rrestawrata l-mina ta’ Għajn Dwieli b’investiment ta’ €2.2 miljun

B’investiment ta’ żewġ miljun u mitejn elf ewro, l-Aġenzija Infrastruttura Malta se tirrestawra l-mina ta’ Għajn Dwieli li nbiet mija u għoxrin sena ilu.

Din hi twila mija u għaxar metri taħt il-Bastjun ta’ San Pawl, u tgħaqqad Triq Għajn Dwieli, f’Raħal Ġdid ma’ Triq it-Tlett Ibliet, f’Bormla.

Il-Perit tal-proġett Kylie Ann Borg Marks spjegat li se jiġu introdotti wkoll sistemi għal kontra n-nirien, dawl li jimmarka d-direzzjoni tal-ħruġ waqt evakwazzjoni kif ukoll tagħmir minn fejn iċċempel għall-għajnuna f’każ t’emerġenza.

Hija spjegat: “Se nkunu qed nittrattaw il-blat ta’ mina, innaddfuha. Naraw ukoll jekk hemmx problemi strutturali fil-mina u anke fix-xaft tagħha, li jinsab fin-nofs tat-tul tiegħu, fejn hemm xaft mibni mill-ġebla Maltija.”

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg spjega li dan il-proġett qed jitnieda hekk kif dalwaqt jitlesta l-irrinovar ta’ erba’ mini prinċipali li għadna fis-sistema tat-toroq arterjali f’pajjiżna.

Huwa sostna: “Għandek l-element ta’ siġurtà. Dak hu li n-nies se jkunu qed jaraw fil-ġimgħat li ġejjin fuq l-erba’ mini l-oħra, li waslu l-aħħar fażi tagħhom. Mix-xogħol li sar hemm, tgħallimna ħafna dwar x’għandu jkun ripetut hawn u dak li m’għandux isir.”

‘Minister for Transport, Infrastructure and Capital Projects Ian Borg announces the renovation of the Għajn Dwieli (Cospicua) Tunnel
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend