L-MFSA b’kampanja edukattiva dwar servizzi bankarji diġitali

Is-settur bankarju kien fost l-aktar setturi li qelbu l-operat tagħhom għal wieħed diġitali minħabba l-pandemija, iżda din il-bidla kellha bżonn ukoll l-għarfien neċessarju sabiex kulħadd ikun jaf jagħmel l-aħjar użu minn dawn is-servizzi.

Għalhekk, l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA, nediet kampanja ta’ edukazzjoni għall-pubbliku dwar dawn is-servizzi u mezzi ġodda ta’ kif jistgħu jużawhom.

Il-kampanja hija mmirata wkoll  biex tipproteġi dawk kollha li jagħmlu użu minnhom, kif spjegat l-uffiċjal fi ħdan l-awtorità, Lara Falzon.

Hija qalet, “L-għan ta’ din il-kampanja hi li nolqtu l-pubbliku ġenerali. Ovvjament kulħadd jista’ jagħmel użu minn dawn is-servizzi bankarji u l-għan hu li nuruhom kemm il-benefiċċji, kif ukoll lejn xiex wieħed għandu jħares meta jagħmel użu minn dawn is-servizzi bankarji diġitali.”

Falzon qalet ukoll li anke jekk is-servizzi diġitali ma nħolqux is-sena li għaddiet, kienet il-pandemija li għaġġlet il-proċess biex dawn jidħlu fil-ħajja ta’ kuljum tal-klijenti tal-banek.

Qalet li meta wieħed jara l-vantaġġi li joffru s-servizzi diġitali, dawn jidhru ħafna iktar konvinjenti fis-sitwazzjoni partikolari li qed ngħixu fiha, u għalhekk, l-appell tal-MFSA huwa dan.

Hija sostniet: “Ovvjament li jagħmlu użu minn dawn is-servizzi offruti b’mod diġitali għax fihom ħafna benefiċċji, l-iktar wieħed huwa l-kumdità u li għandek aċċess għall-informazzjoni tiegħek b’mod immedjat, imma li dejjem joqogħdu attenti meta jagħmlu użu minnu.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend