Fl-Indja: 18 mejta wara inċident b’karozza tal-linja

Minn tal-inqas 18-il immigrant mietu wara li l-karozza tal-linja li kienu rekbin fuqha ħabtet ma’ trakk fir-Reġjun Indjan Uttar Pradesh. Il-vjaġġ ta’ 1,300 kilometru minn Haryana għal Bihar kellu jieqaf ħesrem wara li seħħ dawn l-inċident fid-distrett ta’ Barabanki.

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li fil-ħin tal-inċident il-karozza tal-linja kienet mimlija aktar milli tiflaħ. Uħud mill-passiġġiera weġġgħu serjament u ddaħħlu fl-isptarijiet li hemm f’Barabanki.

Fuq twitter il-Prim Ministru Indjan ta l-kondoljanzi lill-qraba ta’ dawk li tilfuq ħajjithom f’dan l-inċident, u ħabbar li se jingħataw 200,000 rupees bħala kumpens għall-familji tal-vittmi u se jingħataw 50,000 rupees li dawk li ndarbu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend