ARA: Raġel arrestat mill-Pulizija wara li deher f’filmat ikisser u jisraq basket minn ġo karozza

Il-Pulizija kkonfermat ma’ ONE News li arrestat raġel li deher f’filmat fuq il-midja soċjali, ikisser u jisraq basket minn ġo karozza pparkjata. Il-Pulizija qalet li l-każ seħħ fl-10:30 ta’ dalgħodu viċin l-istabbiliment tal-Posta fi Triq il-Vittorja f’Ħal Qormi.

Il-filmat juri lir-raġel ikisser il-ħġieġa fuq quddiem tal-karozza, idaħħal idu ġewwa, u jieħu basket. Huwa rnexxielu jaħrab minn fuq il-post qabel ma nqabad u ġie arrestat mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit. Huwa kellu jittieħed l-isptar għall-kura minħabba xi ġrieħi li nstab bihom.

Skont il-Pulizija, għadu mhux magħruf il-valur tal-oġġetti li nsterqu, minħabba li għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend