Akkużata li serqet ċekk vojt biex tixtri brazzuletta ta’ aktar minn €4,000

Tania Borg ta’ 39 sena mir-Rabat inżammet taħt arrest preventiv wara li ġiet mixlija li serqet ċekk vojt ta’ anzjana u li bih xtrat brazzuletta tiswa aktar minn €4,000.

Hija ġiet mixlija wkoll li ffrodat anzjan ta’ 75 sena, b’aktar minn €3,000.

L-Avukat tal-akkużata qal li hija vittma ta’ użura u għamel talba għal libertà proviżorja.

Il-Qorti ċaħdet it-talba minħabba li għad irid jixhdu persuni pajżana.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend