L-investimenti waqt pandemija kienu tmien darbiet iżjed minn dawk f’riċessjoni finanzjarja fl-2008

In-negozji Maltin komplew juru reżiljenza u fiduċja fl-ekonomija Maltija, xhieda ta’ dan huma diversi ċifri u statistiċi li nnotat il-gazzetta KullĦadd, f’analiżi dwar is-saħħa tan-negozji Maltin.

Iċ-ċifri juru kuntrast qawwi tal-mod kif in-negozji qegħdin jaġixxu fi żmien il-pandemija meta mqabbla mal-kriżi finanzjarja tal-2008.

Meta wieħed iqabbel l-investimenti li saru fl-2020 b’total ta’ 125 investiment approvat mill-Malta Enterpirse dan ifisser tmien darbiet iżjed mill-15 fl-2008.

Kien innotat ukoll kif l-investimenti waqt il-pandemija fl-2020 ma kinux affettwati hekk kif baqgħu stabbli meta mqabbla mas-snin ta’ qabel. Dan għal kuntrarju ta’ dak li ġara wara l-2008 meta l-investimenti damu biex irkupraw.

Mhux biss in-numru t’investimenti juru r-reazzjoni pożittiva għal dak li l-Gvern għamel mad-dinja tan-negozju iżda dan jidher ukoll fin-numru tan-negozji tal-familja li jagħmlu parti integrali mill-ekonomija ta’ pajjiżna hekk kif tlieta minn kull erba’ negozji huma meqjusa bħala tal-familja.

Dawn in-negozji, li jimpjegaw mal-erbgħin elf persuna, żdiedu b’erbgħin fil-mija hekk kif it-total laħaq l-mija tmienja u tmenin negozju tal-familja bi tmenin minnhom fetħu l-bibien tagħhom matul is-sena li għaddiet. Dan filwaqt li n-negozji l-oħra raw kif jiddiversifikaw l-attività tagħhom.

Din il-fiduċja kienet xprunata minn investiment li sar mill-Gvern f’diversi għajnuniet li ingħataw lin-negozji fosthom sussidji fil-kirjiet, diferimenti tat-taxxa kif ukoll il-Covid wage supplement li salva eluf ta’ impjiegi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend