Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li xerred filmat sesswali tiegħu mal-eks sieħba

Indjan ta’ tnejn u tletin sena ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li xerred filmat sesswali tal-ex sieħba tiegħu.

Il-Qorti semgħet kif Jaysal Kuyil Kandam, li jaħdem f’pajjiżna, m’aċċettax il-fatt li l-eks sieħba tiegħu telqitu għal persuna oħra u bi tpattija xerred filmat intimu li kellhom waqt ir-relazzjoni tagħhom.

Huwa xerred il-filmat li ttieħed bil-kunsens taż-żewġ partijiet però s-sieħba qalet li hi qatt ma tat il-permess li l-filmat joħroġ għand terzi persuni.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Josette Demicoli laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ seba’ mija u ħamsin ewro u garanzija personali ta’ tmien t’elef ewro.

L-imputat ġie ordnat li jiffirma f’għassa tal-pulizija darbtejn f’ġimgħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend