Baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li hedded lil ħutu

Raġel ta’ wieħed u tletin sena mill-Fgura baqa’ jinżamm arrestat wara li kien mixli li hedded lil qrabatu u li kien f’pussess ta’ droga kannabis.

Instema fil-Qorti kif il-Pulizija irċeviet rapport migħand ħut l-akkużat li allegatament kellu arma tan-nar u heddidhom permezz tal-mobile.

Wara tfittxijiet li saru fid-dar irriżulta kif ma nstabu l-ebda armi tan-nar iżda instabu tliet armi li jaqtgħu u bil-ponta.

Barra minn hekk il-Pulizija sabet ammont ta’ sustanza suspettata li hija kannabis.

Intqal ukoll li nstabet arma bil-ponta oħra fil-vettura tal-akkużat li skont id-difiża tintuża għal skopijiet ta’ xogħol.

Id-difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest iżda din l-prosekuzzjoni oġġezzjonat u saħqet fuq il-protezzjoni tal-allegat vittmi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend