Fiequ 109 persuni oħra mill-Coronavirus u feġġew 127 każ

Fl-aħħar sigħat fiequ 109 persuni oħra mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 127 każ minn fost 3,504 testijiet.

Bħalissa hawn 2,294 każ attiv.

B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,068,666 test.

Ingħataw ukoll 743,712-il doża tal-vaċċin. Minnhom, 392,994 kienu l-ewwel doża u 369,441 persuna huma kompletament imlaqqma.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm 34 persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, b’wieħed minnhom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Qalu wkoll li mill-171 każ irrappurtati lbieraħ, 115-il persuna kellhom bejn l-10 snin u d-39 sena.

L-età medja tal-każijiet tas-Sibt kienet ta’ 31 sena.

Intant fl-aħħar sigħat ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend