Cyrus Engerer iħeġġeġ għal bidla fl-istrateġija għal kif nindirizzaw id-dipendenza fuq id-droga

Li nħeġġu liż-żgħażagħ biex sempliċiment jgħidu “le għad-droga” mhux strateġija effettiva imma rridu nitrattaw lin-nies b’dinjità u bi prattiċi li jnaqqsu l-ħsara.

Dan kien kliem, il-Membru Parlamentari Ewropew Cyrus Engerer waqt konferenza li fiha pparteċipaw diversi akkedemiċi u politiċi.

Engerer innota matul is-snin kien hemm politika restrittiva u kampanji li ma jindirizzawx il-ħtiġijiet tas-soċjetà.

Dan filwaqt li llum il-ġurnata x-xjenza turina biċ-ċar li l-bniedem għandu bżonn aktar għarfien u informazzjoni biex id-dipendenzi jiġu indirizzata b’empatija u mingħajr ġudizzju.

Hu sostna li rridu mmorru lil hinn minn pożizzjoni bbażata fuq ideoloġiji u morali.

Id-diskussjoni waqt il-konferenza kienet tirrivolvi madwar is-soluzzjonijiet ibbażati fuq esperjenza u xjenza għal sfidi moderni fil-qasam tas-saħħa.

Waqt il-konferenza akkademiċi, soċjetà ċivili u ċittadini kienu mħeġġa jingħaqdu f’sejħa Ewropea għall-implimentazzjoni ta’ politika li hija bbażata fuq xjenza fil-kura preventiv.

Dawk interessati jistgħu jiffirmaw is-sejħa fuq: https://www.preventivehealthcare.eu/science-based-policy-call.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend