Kun af kif tinnota sinjali ta’ traffikar uman

It-traffikar uman huwa t-tieni l-aktar industrija illegali li minnha joħroġ profitt.

Waqt konferenza li tat ħarsa lejn il-ħidma ta’ dawk li jagħtu l-ewwel għajnuna f’każijiet ta’ traffikar uman, iltqajna ma’ Jessica Saliba Thorne li hija l-koordinatriċi ta’ xelter li toffri l-Aġenzija Appoġġ.

Magħna tkellmet dwar każ li ltaqgħet miegħu, fejn vittma saħansitra kellu restrizzjonijiet ma’ min jagħmel kuntatt.

Qalet, “Irriżżulta li kien qed jgħix fejn kien qed jaħdem jiġifieri kien bħala live-in carer. Li kien terribbli apparti li l-affarijiet li kienu mwiegħda ma kinux qegħdin hemmhekk, kien hemm ħafna affarijiet bħal abbuż li kien verbali, kien hemm istanzi wkoll fejn kien fiżiku.”

Hija spjegat xi sinjali li jistgħu juru elementi ta’ traffikar uman.

Spjegat, “Sinjali li wieħed jista’ jipprova jara qisu jekk il-persuna tgħix fuq il-post tax-xogħol, taħdimx sigħat eċċessivi, jekk għandhiex drittijiet titkellem, jekk għandhiex drittijiet biex forsi tiltaqa’ ma’ nies tal-komunità tagħha stess, jekk hemmx restrizzjonijiet ukoll fuq il-moviment. Ħafna drabi eżempju, ħaġa li niltaqgħu magħha ħafna li d-dokumenti jinżammu għand il-perpetrator u minflok fuq il-vittma.”

Jessica qaltilna li min jinnota dawn is-sinjali, għandu jirrapporta.

Qalet, “L-ideali u l-iktar ħaġa sempliċi li dak li jkun jista’ jagħmel hija li jċempel 179.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend