23,437 passiġġier ġew Malta fuq cruiseliner bejn April u Ġunju

Matul it-tieni kwart tas-sena, daħlu dsatax-il cruiseliner fil-portijiet Maltin, li kellhom fuqhom aktar minn tlieta u għoxrin elf persuna. Bħala medja, kull bastiment li sorġa f’Malta, kien qed iġorr elf, mitejn u erbgħa u tletin passiġġier.

Il-maġġoranza tal-passiġġieri fuq il-cruiseliners f’dan il-perjodu, ħamsa u disgħin fil-mija, kienu ċittadini Ewropej; bl-ikbar suq kien dak Taljan.

Il-maġġoranza tal-passiġġieri kellhom bejn erbgħin u disgħa u ħamsin sena, segwiti minn dawk iżgħar fl-età.

Dawn id-dettalji ħarġu fi stqarrija tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, li wriet ukoll kif fl-ewwel sitt xhur tas-sena, il-passiġġieri li ġew Malta bi cruiseliner kienu jgħoddu għal aktar minn wieħed u tletin elf.

Dan jirriżulta fi tnaqqis ta’ ftit aktar minn għoxrin fil-mija fuq l-istess perjodu tas-sena ta’ qabel. Numru inkoraġġanti li juri li l-industrija tat-turiżmu bdiet tirkupra, meta wieħed iqis kemm naqas u kien restritt l-ivvjaġġar minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend