Notifiki

Jitkeċċa d-Direttur tal-ispettaklu tal-ftuħ tal-Olimpjadi jum qabel iċ-ċerimonja

Ġurnata qabel iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Olimpjadi, id-direttur tal-ispettaklu tkeċċa wara li ħarġu fil-pubbliku filmati tiegħu fejn jidher jipprova jiddieħak bl-Olokawst.

Il-Kap Ġappuniż tal-Olimpjadi qal li l-filmati li ttieħdu lura fid-disgħinijiet jirredikolaw storja ta’ tbatija.

Kentaro Kobayashi li fi żmienu kien kummidjant, ġie kkritikat minn bosta, li qalu li ma tagħmilx differenza kemm huwa kreattiv għax xorta m’għandux dritt jirredikola vittmi ta’ ġenoċidju.

L-organizzaturi huma mħassba dwar kif se jtellgħu l-ispettaklu li mistenni jsir il-Ġimgħa.

Fl-istess ħin hemm il-kwistjoni taż-żieda fl-infezzjonijiet tal-COVID-19 fost l-atleti u l-uffiċjali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend