Notifiki

Il-Perit David Xuereb jinħatar Chairman tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol

Il-Perit David Xuereb se jinħatar bħala Chairman tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Gvern.

Il-Perit Xuereb huwa gradwat mill-Università ta’ Malta u universitajiet fl-Ingilterra.

Huwa mexxa kumpaniji stabbiliti u kien fdat bi proġetti maġġuri kemm f’Malta kif ukoll f’pajjiżi oħra.

Matul is-snin, is-Sur Xuereb kien attiv ħafna fl-oqsma tad-disinn sostenibbli u l-industrija l-ħadra.

Sa Marzu li għadda, il-Perit Xuereb kien għadu jokkupa l-kariga ta’ President tal-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Malta u huwa wkoll Direttur tal-Malta Enterprise u l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni li twaqqfet riċentement.

Il-Perit Xuereb inħatar f’din il-kariga wara li Dr Manuel Mallia, li kien Chairman fl-aħħar snin, kien approvat biex ikun il-Kummissarju Għoli ta’ Malta fir-Renju Unit.

Il-Gvern rringrazzja lill-Avukat Mallia għall-ħidma tiegħu u awguralu għal dan l-irwol ġdid.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend