Iċ-Ċina ma taċċettax termini tal-WHO biex isiru aktar investigazzjonijiet dwar l-oriġini tal-COVID-19

Iċ-Ċina m’aċċettatx termini proposti mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa biex isiru aktar investigazzjonijiet dwar l-oriġini tal-pandemija tal-COVID-19.

Il-Kap tal-WHO qal liċ-Ċina biex tikkopera aktar dwar l-ewwel stadji tal-imxija, inkluż bl-awditjar tal-laboratorji.

Id-Deputat Ministru tas-Saħħa Ċiniż qal li dan juri diżrispett lejn is-sens komun u arroganza fil-konfront tax-xjenza, u saħansitra żied li l-pjan tal-WHO huwa ppolitiċizzat u ċ-Ċina mhux se taċċettah.

F’Jannar li għadda, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bagħtet tim ta’ esperti f’Wuhan fejn ġew irrappurtati l-ewwel każijiet tal-COVID-19 f’Diċembru tal-elfejn u dsatax.

L-esperti kkonkludew li hija kważi impossibbli li l-virus ħareġ minn ġo laboratorju, imma din it-teorija kompliet tippersisti.

Aktar kmieni dan ix-xahar, il-Kap tal-WHO ħabbar fażi oħra ta’ investigazzjoni, li tinkludi l-awditjar ta’ istituzzjojnijiet ta’ riċerka xjentifika fiż-żona fejn kien identifikat l-ewwel il-virus.

Huwa ħeġġeġ lill-awtoritajiet f’Beijing biex ikunu trasparenti u jikkooperaw mal-investigaturi u jipprovdu informazzjoni li ma tawx fl-ewwel parti tal-investigazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend