Fiequ 25 persuna mill-Covid-19 u feġġew 166 każ

Fl-aħħar sigħat fiequ 25 persuna mill-Coronavirus f’pajjiżna u feġġew 166 każ minn fost 4,302 testijiet, biex bħalissa hawn 2,487 każ attiv.

B’kollox fiċ-ċentri tal-ittestjar saru 1,057,596 test.

Ingħataw ukoll 733,736 dożi tal-vaċċin. Minnhom, 389,025 persuna ħadu l-ewwel doża u 362,923 persuna huma kompletament imlaqqma.

L-awtoritajiet tas-saħħa ħabbru li hemm sbatax-il persuna pożittiva għall-COVID-19 li qed jieħdu l-kura fl-Isptar Mater Dei, wieħed minnhom fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Qalu wkoll li mill-199 każ irrappurtati lbieraħ, 149 persuna kellhom bejn l-10 snin u d-39 sena.

L-età medja tal-każijiet tal-Erbgħa kienet ta’ 28 sena.

Għal jum ieħor ma ġew irrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend